Ir-Rebbiegħa : Special Assembly

It-Tnejn, 20 ta’ Marzu, il-klassi tat-2.1 ippreżentat ‘Special Assembly’ dwar l-istaġun tar-rebbiegħa.  It-tfal tkellmu dwar il-bidliet li ġġib magħha r-rebbiegħa fit-temp, fin-natura,  fejn jidħlu l-annimali  u anki dwar  numru ta’ festi li niċċelebraw f’dan l-istaġun, fosthom l-Għid il-Kbir. It-tfal urew ċart bi  friefet kuluriti li għamlu fil-klassi u oħra ta’ fjuri differenti li naraw fil-kampanja Maltija fir-rebbiegħa.

Fl-aħħar, erbat itfal qraw poeżija bl-isem ‘Ir-rebbiegħa’  ta’ Carmel G. Cauchi.

Ms. Maruska Sammut,

Year 2.1.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *