Avviż Importanti

Għeżież Ġenituri,

Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru ser isir il-kunċert tal-Milied ġos-sala tal-iskola. Nixtieq nirringrazzja lil kull min ta s-sapport u l-għajnuna tiegħu sabiex is-sala titbattal u tkun tista’ terġa’ tiġi għall-użu tal-istudenti tagħna. Fil-fatt is-sala tbattlet nhar il-Ħamis 15 ta’ Diċembru. Nixtiequ li tapprezzaw li din ser tkun esperjenza ġdida għall-istudenti li se jitilgħu għall-ewwel darba fuq il-palk. Waqt il-kunċert ser ikun hemm fotografu biex jiġbed ir-ritratti u persuna oħra li se tkun qed tiġbed il-video b’mod professjonali.

Illum qed jitqassmu wkoll il-biljetti għad-dħul fis-sala. Kull familja għandha żewġ biljetti għall-omm u l-missier. Il-postijiet fis-sala huma limitati minħabba li l-popolazzjoni tal-istudenti dejjem qed tikber. Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom f’dan ir-rigward.  Importanti li dakinhar iġġibu magħkom il-biljetti biex tkunu tistgħu tidħlu fis-sala. Dħul minn Triq l-Iskola.

Infakkarkom ukoll li fit-22 ta’ Diċembru ġewwa l-iskola ssir il-purcissjoni tal-bambin u wara jsir il-festin tat-tfal fil-klassijiet. Importanti li t-tfal igibu ilma x’jixorbu magħhom. Din tkun l-aħħar ġurnata għal dan it-term u dakinhar l-iskola tispiċċa f’12.00. Il-ħruġ jibda bħas-soltu kwarta qabel. L-iskola terġa’ tiftaħ il-bibien fid-9 ta’ Jannar 2023.

F’isem l-istaff kollu tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, nixtieq nawguralkom Milied hieni u sena ġdida mimlija risq u saħħa.

Grazzi

N. Saliba

Dear Parents

The Christmas concert is going to be held on Wednesday 21st December.  I would like to thank all those parents who gave us their support and helped to get the hall cleared and returned to the students. In fact, the hall was cleared on Thursday 15th December.  We would like you to appreciate that this is going to be a new experience for our students since this is going to be their first time performing in the hall. During the concert there will be a photographer and a videographer.

Today, the children have been given two tickets per family, one for the mother and one for the father. Seats in the hall are very limited due to the fact that the student population has increased. We appreciate your cooperation in this regard. It is important that you bring the tickets with you to enter the hall. Entrance is from School Street.

May I kindly remind you that on the 22nd December, there will be the procession of Baby Jesus in the school, followed by the class parties. It is important that students get their own water to drink. Since this will be the last day of school for this term, school will end at 12.00.  Dismissal will start at 11.45 as per usual schedule.  The school will open its doors again on the 9th January.

On behalf of all the staff at Siggiewi Primary School, I wish you a happy Christmas and a prosperous new year.

Regards

N Saliba

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *