Parents – The First Teachers Course

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, tixtieq tgħarraf lill-ġenituri/kustodji ta’ trabi ta’ sena u tfal żgħar sa tliet snin li se terġa’ torganizza l-kors Il-Ġenituri l-Ewwel Għalliema / Parents the First Teachers.
Waqt dan il-kors ta’ 5 sessjonijiet, il-ġenituri/kustodji flimkien ma’ wliedhom jipparteċipaw f’attivitajiet interattivi li jistgħu jsiru wkoll id-dar minn età bikrija biex it-tfal jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi fejjieda tal-lingwa u l-litteriżmu. Il-ġenituri/kuraturi jiġu mħeġġa jipprattikaw dawn l-attivitajiet id-dar mat-tfal tagħhom.
Il-kors li jmiss se jsir kull nhar ta’ Tlieta mid-9.30 sal-11.00 ta’ filgħodu, mit-Tlieta 8 ta’ Novembru 2022 sat-Tlieta 6 ta’ Diċembru 2022 fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, il-Ħamrun.
Min huwa interessat jattendi għandu jċempel 25982999 jew inkella jibgħat ittra elettronika lil aqra.storja@siggiewiprimary

The National Literacy Agency within the Ministry for Education, Sports, Youth, Research and Innovation would like to inform parents/guardians of one year-old babies and toddlers up to 3 years of age that it is going to organise again the course ‘Il-Ġenituri l-Ewwel Għalliema / Parents the First Teachers’. During this five-session course, parents/guardians will participate in interactive literacy activities together with their children. Parents/guardians are also encouraged to practise these activities at home to help their children develop basic literacy skills from an early age.
The next course is going to be held every Tuesday from 9.30 till 11.00 a.m. starting from Tuesday 8th November till Tuesday 6th December 2022 at the National Curriculum Centre, Ħamrun.
If you are interested in the above course please call 25982999 or send an email to aqra.storja@ilearn.edu.mt

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *