Jum Dun Karm

Nhar it-Tlieta 18 ta’ Ottubru, l-klassi 4.2 ħejjew special assembly dwar il-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila. Dun Karm Psaila  magħruf sempliċiment bħala Dun Karm, kien wieħed mill-aqwa poeti Maltin ta’ kull żmien. Dun Karm ma kienx biss poeta tajjeb iżda wkoll difensur tal-ilsien Malti. Dun Karm kellu jara matul ħajtu t-trijonf tal-Malti kif ukoll tal-poeżija tiegħu. Fi żmien Dun Karm, ilsienna daħal fil-Qrati, fl-iskejjel u anke fl-Universita’ ta’ Malta.

Waqt l-Assenbly, xi studenti qraw l-ewwel poeżija li kiteb Dun Karm bil-Malti, ‘Quddiem Xbieha tal-Madonna’. Dun Karm jibqa’ ukoll magħruf għall-innijiet li kiteb fosthom l-‘Innu ta’ Filgħodu’, l-‘Innu ta’ Filgħaxija’, ‘Fil-Ħlewwa ta’ Mejju’ u l-‘Innu Ewkaristiku’ li ħa fama internazzjonali. Bosta persuni u għaqdiet tawh ġieħ u baqgħu jfakkru lill-Poeta Nazzjonali wara mewtu. L-istudent għalqu l-assembly tagħhom b’sunett ta’ Dun Frans Camilleri b’dedika lil Dun Karm Psaila.  

Stephanie Portanier

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *