The National Literacy Agency would like to inform you that the Literacy Resource Centres are open for all educators (classroom teachers, LSTs, complimentary teachers, LSEs, KGEs, etc.) and parents of children who are attending one of the programmes in reading improvement (complementary service, Reading Recovery, Nwar, eċċ.) who wish to borrow literacy resources. These centres are located near the National Curriculum Centre, Ħamrun, and in the primary school of Ta’ Sannat, Gozo. These centres house a selection of literacy resources in Maltese and English brought together to aid those working in the literacy sector.
The resources can be borrowed up to three weeks. To see what is available in the Literacy Resources Centre, click on this link
https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Units/Literacy-Resource-Centres.aspx where one can find the catalogues of the Literacy Resource Centres.
For enquiries about the Literacy Resource Centre in Malta, kindly contact the National Literacy Agency by email at lrc.nla.malta@ilearn.edu.mt or call 2598 3317.
Information about the Gozo Literacy Resource Centre can be obtained from lrc.nla.gozo@ilearn.edu.mt or call 2598 2089.
The Literacy Resource Centre of Malta is open according to the schedule below:
Winter (1 October-15 June)
Monday, Wednesday, and Friday 8.30-16.30
Tuesday and Thursday 8.30-18.30
The Literacy Resource Centre of Gozo is open according to the schedule below:
Winter (1 October-15 June)
Tuesday and Thursday 14.30-16.30
Saturday 9.00-11.00
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi pjaċir tħabbar li ċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu se jkunu miftuħa għall-professjonisti kollha (għalliema tal-klassi, LSTs, għalliema kumplimentari, LSEs, KGEs eċċ.) u l-ġenituri li uliedhom ikunu qegħdin jieħdu sehem f’xi programm/i tal-litteriżmu (servizz kumplimentari, Reading Recovery, Nwar, eċċ.) li jkunu jixtiequ jissellfu riżorsi tal-litteriżmu.
Iċ-ċentri tar-riżorsi tal-litteriżmu jinsabu ħdejn iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, il-Ħamrun, u fl-iskola primarja Ta’ Sannat, Għawdex. Fihom hemm għażla ta’ riżorsi tal-litteriżmu bil-Malti u bl-Ingliż miġbura bilgħan li jgħinu lil dawk li jaħdmu f’dan il-qasam fix-xogħol tagħhom.
Dawk li jissellfu r-riżorsi jkunu jistgħu jżommuhom għal tliet ġimgħat. Biex tkunu tafu x’riżorsi hemm fiċ- Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu, idħlu f’din il-ħolqa: https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Units/Literacy-Resource-Centres.aspx fejn wieħed jista’ jsib il-katalgu taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu.
Min jixtieq jikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex jistaqsi fuq iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ Malta jista’ jagħmel dan billi jibgħat ittra elettronika lil lrc.nla.malta@ilearn.edu.mt jew iċempel 2598 3317.
Għaċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ Għawdex, l-informazzjoni tinkiseb minn lrc.nla.gozo@ilearn.edu.mt jew billi ċċempel 2598 2089.
Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu ta’ Malta jkun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:
Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju)
It-Tnejn, l-Erbgħa, u l-Ġimgħa
mit-8.30 sal-16.30
It-Tlieta u l-Ħamis mit-8.30 sas-18.30
Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu t’Għawdex ikun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:
Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju)
It-Tlieta u l-Ħamis mis-14.30 sal-16.30
Is-Sibt mid-9.00 sal-11.00