Nhar il-Ħamis 30 ta’ Ġunju, fil-Parlament saret seduta speċjali fejn kienu mistiedna rappreżentanti mill-kumitati tal-Ekoskola. Aħna morna flimkien ma’ Ms Doreen Spiteri. Kif wasalna fil-bini kien hemm ħafna sigurta’ biex dħalna. Kif dħalna fil-kamra qgħadna niflu sew għax hi differenti minn kif tidher fuq it-televiżjoni!
Kif wasal kulħadd, aħna qrajna t-talba tal-bidu. Kien hemm xi tfal li għamlu d-diskors tagħhom dwar temi differenti fosthom dwar il-konservazzjoni tal-ilma, il-problema tal-plastik fil-baħar, kif għandna nibżgħu għall-ambjent u l-problema tat-traffiku f’Malta. Wara kull diskors xi membru parlamentari għamel il-kummenti tiegħu.
Din kienet esperjenza li aħna mhux se ninsew għax minbarra li tgħallimna ħafna, dħalna fil-bini tal-Parlament ta’ Malta li hu bini importanti ħafna f’Malta!
Nathan G Bonello (President)
Beppe Borg (Viċi President)