Nhar il-Ħamis 23 ta’ Ġunju kellna żjara mhux tas-soltu meta ġie jżurna s-sur Mark Psaila mill-Agribusiness. (L-Agribusiness huma wieħed mis-suġġetti vokazzjonali li jiġi offrut fil-year 7.) Is-sur Psaila kellem lit-tfal tal-ewwel u t-tieni sena, dwar in-naħal u nsetti dakkara (pollinators) oħra. It-tfal kellhom ċans jaraw u jisimgħu lin-naħal li kienu ġo kaxxa apposta (observation hive). Setgħu ukoll imissu u jxommu x-xehda. Biex aktar jidħlu fl-atmosfera, żewġ studenti ġew mistiedna jilbsu ta’ naħħala (beekeepers). Intuża ukoll il-manfaħ u r-riħa tad-duħħan li ħarġet minnu affaxxinat ħafna lit-tfal. Żgur li kienet esperjenza li t-tfal se jibqgħu jiftakru!