Numru sabiħ ta’ tfal ħadu sehem fis-SuperT u ġew mogħtija ċertifikat ta’ mertu. Is-SuperT hija kompetizzjoni internazzjonali li tittestja ħila importanti fil-Matematika – kemm wieħed/ waħda kapaċi jaħdmu somom tal-livell tagħhom, bil-ħila tal-ħsieb biss.
L-istudenti ħadu sehem fi tliet kategoriji – kategorija 3 għat-tfal li qegħdin fir-raba’ sena, kategorija 4 għat-tfal li qegħdin fil-ħames sena u kategorija 5 għat-tfal li qegħdin fis-sitt sena. F’kategorija 3 kellna 12-il parteċipant li waslu għall-finali u ġew bejn id-29 post u l-460 post minn 38,500 student li ħadu sehem. F’kategorija 4 kellna 16-il parteċipant li waslu għall-finali u ġew bejn it-68 post u s-641 post minn 46,200 student li ħadu sehem. F’kategorija 5 kellna wkoll 16-il parteċipant li waslu għall-finali u ġew bejn is-17-il post u t-888 post minn 93,730 student li ħadu sehem.
Prosit tassew lil dawn it-tfal u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex waqt il-btajjel tas-sajf, jilagħbu din il-logħba ħalli dejjem itejbu l-livell fil-ħsieb Matematiku.
Ms Sandra Abela
