Fl-14 ta’ Ġunju ċċelebrajna l-Preċett flimkien mat-tfal tat-tieni sena. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa fejn it-tfal ipparteċipaw permezz tal-qari, talb u kant. Il-quddiesa spiċċat b’żifna mit-tfal stess. It-tfal kollha ngħataw souvenir bħala tifkira ta’ din l-okkazjoni speċjali. Grazzi kbira tmur lil Fr Josef Mifsud u lill-għalliema u lil-LSEs tat-tieni sena, tal-għajnuna siewja tagħhom.