Nitgħallmu Flimkien

Waħda mill-attivitajiet li għamlu l-istudenti tal-K2.2 meta ħadmu fuq il-muniti tal-flus, kienet li jixtru xi frott u ħaxix li jiggustaw. Grazzi kbira lill-bejjiegħ tal-ħaxix li ġie fejn il-bieb tal-iskola b’kannestru mimli varjazzjoni sabiħa, bnina u kkulurita ta’ prodotti. Bl-akbar paċenzja qagħad jistenna lit-tfal jgħoddu u jfittxu l-muniti biex jagħtuh l-ammont li talabhom.  Din l-esperjenza mhux biss serviet biex l-istudenti jitgħallmu jagħrfu l-muniti, imma anke biex jitgħallmu jixtru dak li hu tajjeb għal saħħithom. Lura fil-klassi, it-tfal ħadu pjaċir jieklu il-prodotti li xtraw. 

Ms Charmaine K2.2

IMG_20220611_071710

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *