Biex nipreparaw għall-viżta tal-Papa Franġisku ġewwa Malta, xi klassijiet għamlu xi attivitajiet. Xi wħud għamlu crafts, oħrajn għamlu poster, waqt li oħrajn kitbu xi talb. Dawn inġabru fi ktieb żgħir. Jien u Elsa Agius intgħażilna biex nippreżentaw dan il-ktieb lill-Arċisqof Mons. Charles Scicluna waqt attività jisimha Ilkoll Aħwa. Minħabba li l-Arċisqof ma setax jattendi, dan il-ktieb ippreżentajnieh lil Dr Nadia Delicata. Waqt din l-attività kien hemm diskussjoni qasira, smajna diska fuq il-Papa Fraġisku, kanzunetta lill-Madonna u l-preżentazzjoni tal-proġetti ta’ kull skola li ħadet sehem.
Beppe Peresso (5.1)
