X’hemM? hi inizzjattiva miċ-ċentru tax-Xjenza fi ħdan id-Direttorat għat-Tagħlim u l-Assessjar, maħsuba sabiex l-istudenti fil-primarja jkollhom opportunita’ li jieħdu sehem f’attivijiet li jippromwovu t-tħaddim tal-ħiliet Matematiċi u Xjentifiċi. L-iskola tagħna pparteċipat fl-edizzjoni ta’ din is-sena permezz tal-istudenti tat-tielet sena. L-istudenti kellhom jiddisinjaw u joħolqu l-playground ideali tagħhom. Tul din l-attivita’ l-istudenti ħasbu dwar u iddiskutew x’ikun fih playground ideali. Wara huma iddisinjaw u ħolqu mudelli ta’ dawn il-playgrounds. Tul il-proċess, l-istudenti tgħallmu dwar kif jaħdmu mekkaniżmi sempliċi u użaw ħiliet matematiċi biex ikejlu u jfasslu l-komponenti differenti. Wara huma għamlu evalwazzjoni tax-xogħol tagħhom. Prosit kbira lill-għalliema u l-LSEs tat-tielet sena.