Fl-ewwel Jum tar-Rebbiegħa

Nhar it-Tnejn, 21 ta’ Marzu ser niċċelebraw l-ewwel jum tar-rebbiegħa billi niżirgħu żerriegħa ta’ siġar indiġeni għal Malta. Din l-attività ser issir mal-klassijiet kollha tar-4, 5 u 6 sena.  It-tfal kollha f’dawn il-klassijiet huma mitluba li jġibu pakkett tal-ħalib vojt jew flixkun tal-ilma kbir biex jintużaw bħala qsari. Importanti li l-pakkett tal-ħalib jew il-flixkun tal-ilma jinġibu preparati billi:

  • jkunu mlaħalħa;
  • jinqatagħlhom il-parti ta’ fuq;
  • jkollhom 3 jew toqbiet fil-qiegħ.

Iż-żerriegħa u l-kompost ser niprrovduhom aħna.

Randolph Peresso

Assistent kap

planting

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *