It-Taqsima tal-Politika Lingwistika fl-Edukazzjoni fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta ser torganizza tliet taħditiet fuq l-iżvilupp tal-lingwa fis-snin bikrin. Dawn it-taħditiet huma maħsuba għal dawk il-ġenituri u l-kustodji li għandhom tfal ta’ bejn it-twelid u 3 snin.
It-taħditiet se jsiru bl-Ingliż minn Dr Daniela Gatt u Dr Lara Ann Vella u se jkunu online mill-10:00 sal-11:00 ta’ filgħodu, fid-dati t’hawn taħt:
27 ta’ Jannar, 2022
Kif it-tfal ta’ bejn 0 u 3 snin jiżviluppaw il-ħiliet lingwistiċi, fosthom it-taħdit minn Dr Daniela Gatt.
3 ta’ Frar, 2022
Diffikultajiet fil-lingwa, fosthom fit-taħdit li jkollhom it-tfal ta’ bejn it-twelid u 3 snin minn Dr Daniela Gatt.
17 ta’ Frar, 2022
Inħaddmu l-bilingwiżmu u l-multilingwiżmu fil-familja minn Dr Lara Ann Vella.
Il-parteċipanti jridu jimlew il-formola online biex jirriservaw post għat-taħditiet. Il-formola ssibuha fil-ħolqa https://forms.office.com/r/U5cfy9dXSX.
L-istedina biex issegwi t-taħdita tintbagħat ġurnata qabel kull sessjoni. Għal iktar tagħrif ikkuntattja lil Dr Lara Ann Vella billi tibgħat ittra elettronika lil lara.ann.vella@ilearn.edu.mt jew iċċempel 25983328.
For the English Version please see this document:
DLAP 025 – Sessions for Parents on Early Language Development in a Bilingual Context