Għeżież Ġenituri
Nispera li tinsabu tajbin. Bħalma diġà smajtu mill-aħbarijiet, l-iskejjel se jerġgħu jiftħu għat-tieni term nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Jannar bid-differenza li t-tagħlim nhar il-Ġimgħa ser ikun onlajn. L-għalliema ser ikunu qed jagħtu lezzjonijiet permezz tal-MS Teams. B’hekk, ser tkunu qed tirċievu invit mingħand l-għalliema bejn illum u għada fuq l-ilearn account tat-tfal. Importanti ħafna li t-tfal jattendu għal-lezzjonijiet kollha u jagħmlu x-xogħol li jingħata mill-għalliema. L-għalliema ser ikunu qed jieħdu l-attendenza tat-tfal. Infakkrukom dwar ir-regoli ġenerali għat-tagħlim onlajn.
Grazzi
N Saliba
Dear Parents
I hope that you are all in good health. As you may have already heard on the news, schools will reopen for the second term on Friday 7th January with the difference that there will be online teaching on Friday. The teachers will be delivering lessons through MS Teams. Therefore, you will be receiving an invite from the teachers on your children’s ilearn account today or tomorrow. It is important that the children attend all lessons and do any work given by the teachers. The teachers will be taking note of the attendance by the children. May we kindly remind you of the general rules for online teaching.
Regards
N Saliba

