Matul din is-sena skolastika l-Promoturi tal-Qari permezz tal-Isports, tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, se jkomplu għaddejjin bl-isfidi sportivi (sett ġdid ta’ attivitajiet) wara l-ħin tal-iskola u fil-vaganzi.
Għal dan il-għan, l-Aġenzija se tkun qiegħda tilqa’ applikazzjonijiet mingħand ġenituri/kustodji ta’ tfal, li twieldu bejn l-2008 u l-2013 li wliedhom jixtiequ jipparteċipaw f’din l-isfida. Wara li japplikaw, il-ġenituri/kustodji jingħataw data, ħin (waranofsinhar) u post fejn uliedhom ikunu jistgħu jagħmlu l-isfidi sportivi.
Kull min jipparteċipa se jingħata ktieb, ċertifikat iffirmat minn ex plejers tat-tim nazzjonali Malti u tifkiriet tal-okkażjoni. Dawk it-tfal li jirnexxilhom jegħlbu dawn l-isfidi se jingħataw żewġ kotba u ballun iffirmat mill-istess promoturi bħala premju. Din l inizjattiva qiegħda ssir skont il-miżuri ta’ saħħa u sigurtà mogħtija mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.
Min hu interessat jista’ japplika billi jimla l-formola mehmuża u jibgħatha lil nla@ilearn.edu.mt.
L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu sa mhux iktar tard mill-Ġimgħa, 29 ta’ Ottubru 2021.
Jekk tixtieq tkun taf iktar dwar din l-inizjattiva, żur il-paġna ta’ Facebook ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/Footballers Read and Write Programme’ jew ċempel 2598 3324.
L-Applikazzjoni :
During this scholastic year, the National Literacy Agency Sports Literacy Leaders will resume the football skills challenges – with a new set of activities – organised during after-school hours or during school holidays.
The Agency invites parents/guardians, whose children were born between 2008 and 2013, to encourage them to take part in this challenge. Once they apply, parents/guardians will be given a specific date, time, and location for their child to complete the challenge.
All participants will be given a book, a certificate of accomplishment and other tokens, while those who manage to complete the challenge will be awarded two books and a ball signed by ex-footballers who played with the national Maltese team. The Agency will be adhering to the health and safety measures issued by the Public Health Authorities throughout the challenge.
Those who are interested may apply by filling in the attached form and sending it to nla@ilearn.edu.mt.
The closing date for applications is Friday, 29th October 2021.
Further information on this initiative may be obtained on our Facebook page ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/Footballers Read and Write Programme’ or by calling on 2598 3324.
Application form :