Note to Parents/ Nota Għall-Ġenituri

Dear Parent/Guardian

The Directorate for Research, Lifelong Learning and Employability (DRLLE) within the Ministry for Education (MFED) will be collecting and processing data of students registered within State Education Institutions, to carry out its functions and legal obligations.

Student data will be processed and analysed within a system, to assist DRLLE in deriving Predictive Analyses, which can then help MFED in planning policies, strategies and directives to improve the education system.  For example, the Directorate for research would like to know how many children aged between 14 to 16 years have left school completely. The Directorate does not need to know the names and surnames or identity numbers of those children, but needs only to know the date of birth of those children. The name, surname  and identity number of those children shall therefore be replaced by a simple number so that no one would know who they are.  The Directorate would thus know only the number children who have left school at those ages.  The Directorate can then analyse and research that data to discover why those children have left school and so the Directorate can develop systems and policies to help reduce this number of school leavers

Student data held in the system will carry a fictitious reference which will not point to any real details.

Further details can be found in the Data Protection Policy (https://education.gov.mt/en/resources/Documents/Policy%20Documents/Data-Protection-Policy-in-relation-to-the-Data-Warehouse-Solution-Research-Project.pdf)

Director General, Educational Services

Għażiż Ġenitur / Kustodju,

Din hija biss notifika u ma hemm bżonn l-ebda azzjoni minn naħa tiegħek.

Id-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabilità (DRLLE) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED) se jkun qed jiġbor u jipproċessa data ta’ studenti rreġistrati fl-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni tal-Istat, biex iwettaq il-funzjonijiet u l-obbligi legali tiegħu.

Id-data tal-istudenti se tiġi pproċessata u analizzata fi ħdan sistema biex tgħin lid-DRLLE jikseb Analiżi Predittiva, li mbagħad tista’ tgħin lill-MFED fl-ippjanar ta’ politiki, strateġiji u direttivi biex tittejjeb is-sistema edukattiva. Pereżempju, id-Direttorat għar-Riċerka jixtieq ikun jaf kemm tfal minn 14 sa 16-il sena ma baqgħux jattendu skola. Id-Direttorat m’għandux għalfejn ikun jaf l-ismijiet u l-kunjomijiet jew in-numri tal-karta tal-identità ta’ dawn it-tfal, iżda jeħtieġ biss ikun jaf id-data tat-twelid tagħhom.  L-isem, kunjom u numru tal-karta tal-identità ta’ dawn it-tfal jisgħu għalhekk ikunu sostitwiti b’numru sempliċi sabiex ħadd ma jkun jaf min huma. Id-Direttorat għalhekk ikun jaf biss in-numru ta’ tfal li telqu mill-iskola f’dawk l-etajiet. Id-Direttorat jista’ mbagħad janalizza u jirriċerka dik id-data biex jiskopri għalfejn dawn it-tfal telqu mill-iskola u għalhekk id-Direttorat ikun jista’ jiżviluppa sistemi u politiki li jgħinu biex inaqqsu n-numru ta’ tfal li jitilqu mill-iskola.

Id-data tal-istudenti miżmuma fis-sistema se ġġorr referenza fittizja li ma twassal għal ebda dettalji reali.

Aktar informazzjoni tinstab fil-Politika tal-Protezzjoni tad-Data (https://education.gov.mt/en/resources/Documents/Policy%20Documents/Data-Protection-Policy-in-relation-to-the-Data-Warehouse-Solution-Research-Project.pdf)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *