Qabel il-pandemija COVID-19, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kienet qiegħda torganizza diversi Xalati ta’ Kitba, bil-Malti u bl-Ingliż, għal tfal bejn il-5 snin u t-12-il sena, u l-familji tagħhom f’firxa ta’ lokalitajiet Maltin u Għawdxin. F’dawn ix-Xalati ta’ Kitba l-familji jħaddmu l-proċess tal-kitba b’mod divertenti u f’kuntest rilassanti. Fiċ-ċirkustanzi preżenti, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab ma’ Heritage Malta se torganizza Xalata ta’ Kitba online dwar it-Tempji ta’ Ħal Tarxien, kif ġej:
Data: Il-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru 2020
Ħin: Bejn is-6:30 p.m. u t-8:00 p.m.
Età: Minn 7 sa 11-il sena
Kif: Bil-Microsoft Teams
Dawk il-familji li jixtiequ jieħdu sehem f’din l-attività għandhom jirriservaw post billi jibagħtu din l-informazzjoni:
– Isem u kunjom it-tifel/tifla/tfal,
– Isem u kunjom il-ġenitur/kustodju,
– Età tat-tifel/tifla/tfal,
– Numru tal-mobile,
– Indirizz elettroniku,
– Indirizz postali
lil mwp.nla@ilearn.edu.mt, sa mhux iktar tard min-nhar l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru 2020.
Minħabba li l-postijiet huma limitati, il-parteċipanti jintgħażlu skont min japplika l-ewwel.
Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar din ix-Xalata ta’ Kitba ċempel 2598 3324.
For the English version please use this link: