F’April li għadda aħna ħadna sehem f’kompetizzjoni organizzata għal Jum Dinji tal-Ktieb. Kellna nagħmlu maskri ta’ xi karattru minn ktieb. Aħna għamilna dinosawru u unikorn. Ħadna ħafna xogħol imma peress li l-iskola kienet magħluqa kellna aktar ħin x’niddedikaw lill-proġett tagħna. L-ewwel għamilna l-qafas u kuljum konna nżidu xi ħaġa sakemm lestejna l-maskra. Aħna konna nsejna din il-kompetizzjoni peress li għaddew xi ftit xhur u konna sorpriżi ħafna meta Ms Saliba ġiet tgħidilna li ġejna l-ewwel fis-sena tagħna mill-iskejjel kollha. Aħna rbaħna vawċer li jissarraf f’kotba u l-iskola ħadet ukoll mitt ewro vawċer. Nixtiequ nħeġġu lit-tfal kollha biex jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet għax titgħallem ħafna anke jekk ma tirbaħ xejn.
Erika Bonello u Nathan G Bonello

