Hekk kif spiċċat Skolasajf, fl-iskola tas-Siġġiewi bdew ħafna preparamenti sabiex l-iskola tkun tista’ tilqa’ l-istudenti kollha li jammontaw għal 560. Filfatt beda x-xogħol fejn inħarġu cupboards, book shelves, charts , riżorsi, mwejjed u siġġijiet żejda minn ġol-klassijiet ħalli jibqa’ biss il-minimu ta’ għamara skont il-protocols għall-ftuħ tal-iskejjel. Nixtieq nirringrazzja l-edukaturi kollha li ġew l-iskola biex jgħinu f’dawn ix-xogħlijiet. Nixtieq nirringrazzja ukoll lill-minor staff u ħaddiema mill-kulleġġ taħt it-tmexxija tas-Sur Philip Galdes tal-ħidma tagħhom biex tbattlu l-klassijiet.
Ms N Saliba
Kap tal-iskola
Ftit mill-għamara u riżorsi li kellhom jinħarġu mill-klassijiet:
Id-dehra l-ġdida tal-iskola:








