For the English version of this post please click on this link: DLAP 184 – European Day of Languages 2020
Il-Kunsill tal-Ewropa jorganizza l-Jum Ewropew tal-Lingwi biex jiċċelebra d-diversità lingwistika. Il-motto ta’ din is-sena huwa “Bil-Lingwi Niskopru d-Dinja”. Minkejja li bħalissa ma nistgħux inżuru kull pajjiż li nixtiequ, xorta waħda nistgħu niskopru l-kultura tal-istess pajjiż billi nitgħallmu l-lingwa jew lingwi tiegħu. Din is-sena, bħala parti mill-attivitajiet tal-Jum Ewopew tal-Lingwi, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda tħeġġeġ lit-tfal u ż-żgħażagħ biex juru x’kapaċi jagħmlu b’ lingwi barranin.
Il-parteċipanti huma mistiedna jieħdu sehem fil-kompetizzjoni: X’inti kapaċi tagħmel b’lingwa barranija? billi joħolqu u jibagħtu filmat qasir li juri l-ħiliet tagħhom f’lingwa barranija lil lara.ann.vella@ilearn.edu.mt sa nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru 2020. Il-filmat jista’ jintbagħat ukoll f’messaġġ privat lill-paġna ta’ fb uffiċjali għal dan l-avveniment: Il-Politika Lingwistika. Il-parteċipanti għandhom jinkludu l-isem, il-kunjom, l-età, l-iskola u n-numru tat-telefown. It-tul tal-filmat għandu jkun bejn 2 u 5 minuti.
Dawn li ġejjin huma xi eżempji x’tista’ tinkludi fil-filmat/i. Ninkoraġġixxu lill-parteċipanti jissorprenduna bl-ideat kreattivi tagħhom:
1. Sajjar xi ikla u spjega r-riċetta b’lingwa barranija;
2. Tkellem dwar pajjiż li tixtieq iżżur wara li jgħaddi dan iż-żmien diffiċli;
3. Irrekordja u spjega xi ħaġa li tħobb tagħmel id-dar b’lingwa barranija;
4. Ikteb u aqra test qasir, bħal poeżija, kanzunetta jew storja b’lingwa barranija;
5. Irreċta skeċċ b’lingwa barranija.
Iktar informazzjoni u ideat jistgħu jinkisbu mis-sit tal-Jum Ewropew tal-Lingwi: https://edl.ecml.at/
Għal din il-kompetizzjoni hemm 4 kategoriji skont l-età:
1 Minn 3 snin sa 7
2. Minn 8 snin sa 11-il sena
3. Minn 12 sa 15-il sena
4. Minn 16 sa 18-il sena
Se jintgħażlu tliet rebbieħa minn kull kategorija. L-iskejjel bl-ikbar ammont ta’ parteċipanti f’kull kategorija se
jirċievu premju wkoll.
Għal iktar tagħrif, jekk jogħġbok ċempel 25982130 jew ibgħat ittra elettronika lil lara.ann.vella@ilearn.edu.mt.
Grazzi tal-kooperazzjoni.
Gaetano Bugeja
Id-Direttur,
Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar