Aqra fis-Sajf 2020

For the English version of this post please click on this link: DLAP 182 – Summer Reading Campaign 2020

Dan is-sajf, għas-sitt sena konsekuttiva, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed torganizza l-kampanja Aqra fis-Sajf / Summer Reading Campaign bil-għan li t-tfal ma jitilfux il-kisbiet li jkunu akkwistaw matul is-sena skolastika.
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija qed tippromwovi l-qari b’sessjonijiet ta’ qari online għal etajiet differenti fuq il-paġni ta’ Facebook tal-Aġenzija. L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet interattivi huma li jsaħħu l-immaġinazzjoni u l-kreattività tat-tfal kif ukoll jgħinuhom jitkellmu b’mod iktar mexxej u kunfidenti.
L-iskeda ta’ sessjonijiet ta’ qari online matul ix-xhur tas-sajf hija kif ġej:
 Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti u l-Ingliż għal trabi u tfal bejn 0 u 3 snin fuq il-paġna ta’ Facebook Aqra Miegħi / Read with Me – https://www.facebook.com/readwithme.nla/
Mit-Tnejn sas-Sibt: 08:45a.m.; 09:00 a.m.; 09:45 a.m.; 11:00 a.m.
 Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti u l-Ingliż għal tfal żgħar ta’ bejn 4 u 7 snin fuq il-paġna ta’ fb Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories – https://www.facebook.com/themagicofstories.nla/
Mit-Tnejn sas-Sibt: 08:30 a.m.; 09:15 a.m.; 10:45 a.m.; 11:15 a.m.
 Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti u l-Ingliż għal tfal bejn 7 u 11-il sena fuq il-paġna ta’ fb Gost il-Qari / The Pleasure of Reading – https://www.facebook.com/GostilQari
Mit-Tnejn sas-Sibt: 09:30 a.m.; 10:30 a.m.
 Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti u l-Ingliż għal tfal bejn it-8 u l-10 snin fuq il-paġna ta’ fb Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers Read and Write Programme – https://www.facebook.com/footballersreadandwriteprogramme
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 09:00 a.m.; 11:00 a.m.
 Sessjonijiet ta’ eżerċizzji fiżiċi u ħiliet tal-futbol fuq il-paġna ta’ fb Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers Read and Write Programme mtellgħin mill-Sports Resource Leaders – https://www.facebook.com/footballersreadandwriteprogramme
It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fl-10:00 a.m.
Linji gwida għall-ġenituri biex iħeġġu lil uliedhom jaqraw:
 Isħqu ma’ wliedkom kemm hu important li fis-sajf jaqraw.
 Tkellmu fuq il-qari bħala attività ta’ gost.
 Araw li jkollkom lista ta’ kotba tal-qari xierqa għat-tfal tagħkom.
 Waqt il-ġurnata għandu jkun hemm ħin li fih it-tfal ma jkunux jistgħu jilagħbu logħob diġitali u/jew jaraw it-televiżjoni u minflok inkoraraġġixxu attivitajiet edukattivi.
 L-għażla tal-kotba li jkunu se jaqraw it-tfal/l-istudenti għandha ssir minnhom stess.
 Fid-dar għandu jkun hemm librerija u materjal stampat bħal kotba u rivisti xierqa li t-tfal ikunu jistgħu jaqraw.
 Saqsu lil uliedkom u ddiskutu magħhom il-kotba li jkunu qraw.
 Ftiehmu ħin matul il-ġurnata għall-irrakkuntar tal-istejjer.
 Isimgħu lil uliedkom jaqrawlkom il-kotba jew jirrakkontawhomlkom.
 Aqraw u uru interess fl-awturi jew sensiela ta’ kotba għal qalb uliedkom.
 Intom u tivvjaġġaw, isimgħu ktieb jew stejjer jinqraw fuq tablet, smartphone, jew diska kompatta.
 Uru lil uliedkom kif għandhom jaqraw billi fost oħrajn taqrawlhom.
Il-kampanja Aqra fis-Sajf / Summer Reading Campaign tiġi organizzata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu f’kollaborazzjoni mal-entità Libreriji Maltin u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. Min jixtieq aktar informazzjoni fuq il-kampanja, jista’ jżur il-paġna tal-Facebook ta’ Aqra fis-Sajf jew iċempel 2598 3324.
Grazzi tal-attenzjoni.

Gaetano Bugeja
Id-Direttur,
Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *