Attivita’ Għall-Istudenti tas-Sitt Sena

Għeżież Ġenituri tat-tfal tas-sitt sena,
Nhar l-Erbgħa 5 t’Awwissu ser issir attivita’ għall-istudenti tas-sitt sena u l-ġenituri tagħhom fil-bitħa tal-iskola fis-7pm. Dakinhar ser niċċelebraw flimkien il-ħiliet tat-tfal u ser ikun hemm festin għat-tfal, ġenituri tagħhom u l-edukaturi tas-sitt sena.
Nitolbukom li tiġu bi żraben komdi peress li s-serata ser tkun standing up. Ilbies għandu jkun xieraq għall-iskola. Tkaken mhux aċċettati minħabba li tista’ issir ħafna ħsara lit-turf fil-bitħa.
Ser ikun hemm fotografu jieħu r-ritratti tat-tfal mal-għalliema tagħhom.
Dħul minn Triq Ħal Niklusi.
Grazzi
N Saliba

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *