Messaġġ mill-Kap Tal-Iskola

Għeżież Ġenituri
Waslet fi tmiemha sena skolastika oħra.  Minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi li ġabu magħhom dawn l-aħħar xhur, konvinta li grazzi għall-ħidma tal-edukaturi kollha u tagħkom il-ġenituri, it-tagħlim xorta waħda sar għalkemm b’modi differenti.
Min-naħa l-oħra, minkejja li l-iskola kienet magħluqa, kien qed isir ħafna xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ. Sar tibjid fil-klassijiet kollha u fil-foyer, twaħħlu fire alarms f’kull klassi u nxtraw diversi tipi ta’ għamajjar ġodda għal ġol-klassijiet. Saret ukoll vetrina taħt it-taraġ fejn ser jitpoġġew xi affarijiet li kienu magħluqa fil-mużew tal-edukazjoni, biex ikun jista’ jarahom kulħadd. Twaħħlu wkoll fannijiet ġodda u iktar b’saħħithom fis-sala tal-iskola. Aktar xogħol ser ikun qed jitkompla fis-sajf.
Minn qalbi, f’isem l-amministrazzjoni u l-istaff tal-iskola nawguralkom is-sajf it-tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom.  U lit-tfal nfakkarhom kemm hu importanti, minbarra li jiddevertu u jistrieħu, li jaqraw ftit kuljum.
Grazzi
N Saliba
Dear Parents
Another scholastic year has come to an end.  Despite all the difficulties and challenges that we were faced with during these past months, I strongly believe that teaching and learning continued throughout, thanks to the hard work of all educators and your support as parents.
Although the school was closed during this period, a lot of maintenance work has been done including redecorating of all the classrooms and the foyer, and installation of a fire alarm in each classroom.  New furniture has been bought for classrooms and there is a new showcase under the main staircase for the display of things and documents which were in the education museum. New fans were also bought to replace the old ones which were in the school hall. More works will continue during the summer months.
On behalf of the school administration and staff, I would like to wish you all the best for the summer holidays. I would also like to remind all children that besides relaxing and enjoying themselves, they must also read a little everyday.
 
Thanks
N Saliba

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *