Għeżież ġenituri u kustodji,
Nisperaw li tinsabu tajbin.
Illum qed nibagħtu xi riżorsi dwar l-importanza li nżommu ruħna kalmi mingħajr ma ninkwetaw u li nkunu resiljenti f’ħajjitna. Hu importanti li t-tfal jagħrfu sa minn eta’ żgħira li b’dan il-mod aħna nkunu kuntenti u wkoll li dan hu ta’ benefiċċju għal saħħitna. Ma’ kull attivita’ għandkom issibu l-eta’ rakkomandata u xi linji gwida ta’ kif issir.
Grazzi tal-attenzjoni tagħkom.
Tislijiet,
Ms Janice u Ms Claire
Tim tan-Nurture.
Inkun kalm/a waqt l-inkwiet …
- Adattata għall-istudenti ta’ kull eta’.
- Tkellem ma’ uliedek dwar dak li jinkwetahom u strateġiji sabiex nikkalmaw. Ftakar li uliedek josservawk il-ħin kollu speċjalment meta inti stess tkun għaddej minn sitwazzjonijiet li jinkwetaw lilek stess!
- Adattata għal studenti kbar u ġenituri.
- Riflessjoni: Inti resiljenti?
- Uża dawn il-ħames ċwievet (ara l-fajl t’hawn fuq) biex ittejjeb il-mod li taħseb u tiffaċċja l-ħajja.
- Adattata għall-istudenti kbar u adulti.
- Riflessjoni: Inti resiljenti?
- Uża dawn it-tmien attivitajiet (ara l-fajl t’hawn fuq) biex tibni risiljenza fid-dar tiegħek.
- Adattata għall-istudenti ta’ kull eta’.
- Scavenger Hunt: Kemm taf tagħmel minnhom? Iż-żgħar jistgħu jagħmlu din l-attivita’ b’għajnuna ta’ adult.
- Adattata għall-istudenti ta’ kull eta’.
- I feel calm … : Meta tħossok kalm?
- Iż-żgħar jistgħu jagħmlu din l-attivita’ bl-għajnuna ta’ adult.

