L-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa li t-tfal isaħħu s-smigħ b’mod orali u jagħrfu d-differenza bejn il-kliem. Se jgħinuhom ukoll biex isaħħu l-vokabularju, kif ukoll il-memorja
Dawn il-kliem huma l-istess jew differenti?
- Ibda din l-attività billi tiddiskuti mat-tfal xi jfissru dawn il-kliem: l-istess u differenti.
- Meta t-tfal ikunu qabdu l-kunċett u qed jifmhu dawn il-kliem, spjega lit-tfal li se tkun qed tgħidilhom żewġ kelmiet u jridu jagħrfu jekk humiex l-istess jew differenti.
- Waqt din l-attività insisti fuq l-importanza tas-smigħ. Għid lit-tfal: “Iftħu widnejkom biex tisimgħu sew.”
- Jekk ikun hemm il-bżonn, irrepeti dawn il-kliem aktar minn darba.
- Kif it-tfal jisimgħu ż-żewġ kelmiet, staqsiehom jekk il-kliem li għadhom kemm semgħu, humiex l-istess jew differenti.
Eż.: Għid il-kliem : “mutur – mutur”
Staqsi: “L-istess?”
It-tfal suppost iwieġbu: “Iva”
Għid il-kliem : “mutur – ajruplan”
Staqsi: “L-istess?”
It-tfal suppost iwieġbu: “Le”
Dawn huma eżempji ta’ kliem li jistgħu jintużaw.
Liema kelma hi differenti?
- Din id-darba, it-tfal se jisimgħu tliet kelmiet u jridu jagħrfu liema kelma hi differenti.
- Erġa’ insisti fuq l-importanza tas-smigħ waqt din l-attività.
Eż. Għid il-kliem : “kelb – kelb – dar”
Staqsi: “Liema kelma hi differenti?”
It-tfal suppost iwieġbu: “dar”
Għid il-kliem : “tieqa – tieqa – bieb”
Staqsi: “Liema kelma hi differenti?”
It-tfal suppost iwieġbu: “bieb”
Dawn huma xi kliem li jistgħu jintużaw.
Ms Rodianne
K2.1


