F’dan iż-żmien tar-Randan niftakru fit-tbatija kbira li batew Sidna Ġesù Krista u ommu Marija. It-tbatija li batew għalina huma, tgħinna nħarsu minn lenti oħra lejn it-tbatija li nbatu aħna. It-tbatija ssir aktar sapportabbli u ssir mezz kif nistgħu ningħaqdu aktar, bil-fidi tagħna, ma’ Alla. F’dan il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira ħsibna li jkun opportun li naqsmu dan il-filmat magħkom. Dan il-filmat jitfa’ lenti fuq it-tbatija komuni li l-umanità kollha għaddejja minnha bħalissa. Il-filmat hu wieħed qawwi u hu intenzjonat għal udjenza matura. Għaldaqstant nissuġġerixxu li l-ewwel intom il-ġenituri tarawh waħedkom, imbagħad tiddeċiedu intom jekk it-tfal tagħkom għandhomx maturità biżżejjed biex jarawh ukoll. Id-diska hija meħuda mill-film Prince of Egypt, u turi l-karba (f’forma ta’ talba) tal-poplu Lhudi lil Alla biex jeħilsu mit-toqol u t-tbatija li kien għaddej minnu meta kien fil-jasar ġewwa l-Eġittu.
R. Peresso