Għeżież Ġenituri
Nispera li intom u l-familji tagħkom tinsabu tajbin. Ħsibt li naqsam dawn il-ħsibijiet magħkom issa li fiċ-ċert li ser indumu ma’ niltaqgħu. Nistqarr magħkom li minkejja li kienet mistennija, meta waslet l-aħbar li l-iskejjel kienu ser jibqgħu magħluqa għal din is-sena skolastika waqgħet diqa kbira fuqi u fuq l-edukaturi kollha. Kellna ħafna ppjanat x’naghmlu…Jum iċ-Ċelebrazzjoni, Open Day, Kidlympics, Tiny Teen Science Cafe’, ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina, Farewell għat-tfal tas-sitt sena u tant iżjed….Kollox tar mar-riħ. U għal min hu bħali li ħajti kollha għextha ġo skola u li kienet tieħu ħafna mill-enerġija u mill-ħin tiegħi, x’ħin insib ruħi d-dar ‘il bogħod mill-binja tal-iskola nħoss għafsa ta’ qalb. Minkejja li ħafna mix-xogħol baqa’ jsir xorta waħda mid-dar, inħoss in-nuqqas tal-kuntatt dirett mal-istaff kollu tal-iskola, in-nuqqas tal-għajjat, l-istorbju u l-ferħ li jġibu magħhom it-tfal, in-nuqqas tal-kuntatt magħkom il-ġenituri. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk il-ġenituri kollha li bagħtulna kliem ta’ ringrazzjament u nkoraġġiment. Il-kliem tagħkom huwa verament apprezzat.
Nittama li t-tfal qed ikunu mpenjati bix-xogħol li qed jagħtuhom l-għalliema u nitlobkom il-koperazzjoni tagħkom minkejja li għaddejjin minn żmien ta’ sfida. Oqogħdu d-dar u żommu b’saħħitkom.
F’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja Siġġiewi nawgura lilkom u lill-familji tagħkom l-Għid it-Tajjeb.
Grazzi
N Saliba
Dear Parents
I hope that you and your families are in good health. I thought of sharing some of my thoughts now that it is for certain that it will be long before we meet. Although it was expected, when we heard the news that the school will remain closed for the rest of the scholastic year, all educators were saddened. We had so much planned… Celebration Day, Open Day, Kidlympics, Tiny Teen Science Cafe’, Holy Communion celebration, Farewell for the yr6 students and so much more. And for someone like me who has practically spent all my life in school, it saddens me to remain at home away from school. Although a lot of work is being done from home, I still miss the direct contact with all the staff, the laughter of the children and the contact with parents. I would like to thank all those parents who have sent us words of encouragement and thanks. Your kind words are greatly appreciated. I hope that the children are being occupied with the work sent by their teachers. I ask you for your cooperation despite the challenges we are facing at the moment. Stay home and stay safe.
On behalf of Siġġiewi Primary School staff, I wish you and your families a Happy Easter.
Thanks
N Saliba