Qed nibgħat din il-lista ta’ kliem biex it-tfal jispelluh u jitgħallmu jaqrawh. Il-kliem huwa kollu tal-istess mudell (kvkkv). Tistgħu tipprintjaw u tqasqsu l-kliem fi flashcards billi tużaw dan il-fajl : lista ta’ kliem
Meta jitgħallmu jaqrawh, intom il-ġenituri/kustodji, tistgħu taqraw kelma kelma lit-tfal biex huma mbagħad jiktbuh.
Xi attivitajiet oħra li jistgħu jagħmlu t-tfal huma dawn:
- Ikteb l-artiklu quddiem kull kelma
- Żid kelma oħra ma’. Eżempju : festa sabiħa
- Ikteb sentenzi bil-kliem
Inħeġġeġ lit-tfal biex jaqraw kuljum.
Tislijiet mill-qalb lit-tfal kollha! 🙂
Ms Glorianne Abela
