Kindergarten Activity No. 10 – Kemm-il sillaba hemm?

F’kemmil sillaba tinqasam il-kelma?

Li tkun kapaċi taqsam kelma f’sillabi hija ħila importanti li ‘l quddiem tgħin lit-tfal  fil-qari u fil-kitba.

Din hija logħba sempliċi li tgħin lit-tfal isaħħu din il-ħila.

 

Għal din il-logħba għandkom bżonn

  1. Strixxa bin-numri minn wieħed sa erbgħa (din tista’ issir billi taqta’ biċċa karta jew taqta’ biċċa kartuna minn kaxxa taċ-ċereali).
  2. Oġġetti jew stampi ta’ kliem differenti (wieħed jista’ juża stampi differenti maqtugħin minn rivisti jew oġġetti li ssibu madwar id-dar).
  3. ‘Marker’ biex tiktbu n-numri.

It-tfal jibdew billi jgħidu l-kelma (jew tal-oġġett li jkunu sabu jew tal-istampa) u wara jaqsmu din il-kelma f’sillabi biċ-ċapċip.

Wara t-tfal iwaħħlu labra mal-karta għal kull sillaba li fiha l-kelma.

Għal min jixtieq il-‘cards’ proprja jista’ jniżżilhom minn fuq dan is-sit:

https://www.themeasuredmom.com/fun-syllable-count-activity/

 

Ms Jessica

K 2.5

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *