Il-Merlin qed jagħtu għadd ta’ kotba awdjo bil-Malti b’xejn.
L-idea hi li jgħinu lit-tfal jisimgħu Malti moqri b’mod professjonali u fl-istess ħin jesponu ruħhom għal uħud mill-aqwa letteratura Maltija għat-tfal.
L-ewwel minn dawn il-kotba ser ikun ‘Jake Cassar isalva r-renju tar-Re Pankrazju IV’ ta’ Clare Azzopardi, moqri minn Ray Calleja u taħt id-direzzjoni artistika ta’ Josette Ciappara
Il-kotba awdjo kienu ġew ikkreati bl-għajnuna tal-Premju tal-President għall-Kreattività
Għall-kopja GRATIS tagħkom tal-ktieb awdjo, ibagħtu email fuq awdjo@merlinpublishers.com
Grazzi lil Mr Peresso li għarrafna b’din l-inizjattiva.
