Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Frar fl-iskola ġie ċċelebrat il-Karnival. It-tfal kollha ġew bil-kostum favorit tagħhom u lkoll ħadu pjaċir jaraw spettaklu ta’ zfin mit-tfal tal-ħames sena, mill-ġenituri, mill-għalliema u mhux l-inqas farsa mill-Minor Staff. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja lil kull min ta sehmu speċjalment lil Ms. Stephanie Zammit għall-korjografija tat-tliet zifniet u lil Ms. Amanda Sciberras tal-għajnuna fis-sound u d-dwal.
Prosit u Grazzi
A. Caruana