Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu, iċċelebrajna Jum is-Siġġiewi fl-iskola tagħna. Il-klassi tar-raba’ sena 4.2 ippreparat preżentazzjoni speċjali biex niftakru aktar f’raħal twelidna. Xi tfal fi gruppi ppreparaw Show and Tells fejn fiha qassmu xi tagħrif ġenerali dwar is-Siġġiewi, dwar il-widien li għandna fih, il-knisja l-antika u dik preżenti u anke dwar il-festa tar-raħal. Wara ltqajna ma’ tmint itfal li laqqgħuna ma’ personalitajiet magħrufa fis-Siġġiewi. Dawn huma l-Granmastru Ferdinand Hompesch, Ġuże Aquilina, Lorenzo Gafa’, Karmenu Vassallo, Albert Fenech, Dun Pawl Laferla, Nikola Zammit u Pawlu Aquilina. Meta rajna kemm dawn in-nies ħadmu biex is-Siġġiewi sar dak li hu llum, nifhmu aktar kemm għandna nkunu kburin li ngħixu f’Citta Ferdinand.
Għal din l-okkażżjoni kienu mistiedna membri tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u tal-Kunsill Skolastiku.
Seta’ kien akbar, seta’ kien isbaħ, raħal twelidi jogħġobni sħiħ!
S. Saliba