Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Jannar 2020, ġew organizzati workshops għall-ġenituri li għandhom it-tfal fil-klassijiet tal-Primarja, F’dawn il-workshops, ingħata tagħrif dwar it-tagħlim tax-Xjenza u t-Teknoloġija fil-Primarja u kif dan jorbot ma’ suġġetti oħra bħall-Matematika, fi proġetti ta’ STEAM. Il-ġenituri li attendew bi ħġarhom, kellhom l-opportunita’ ukoll li jmiddu idejhom u jieħdu sehem huma wkoll fi proġett prattiku. Din l-inizzjattiva ġiet organizzata bl-għajnuna ta’ Ms I. Zerafa, Uffiċċjal Edukattiv tax-Xjenza u t-Teknoloġija, Mr C. Buttigieg, Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija u Ms M. Morris Kap tad-Dipartiment tal-Matematika.
Anthony Caruana
Assistent Kap