L-iskola tagħna ngħatat Ċertifikat ta’ Eċċellenza fil-Coding Literacy. Dan l-għarfien ingħatalna għan-numru konsiderevoli ta’ attivitajiet fil-coding li għamilna matul is-sena 2019. Fi kliem sempliċi, Coding hu meta tikkmanda oġġett biex imur minn post għal ieħor billi tispeċifika kull pass u azzjoni li dan l-oġġett irid jagħmel sabiex jasal fil-post li tridu jasal. Dan huwa bbażat fuq il-ħsieb loġiku li hi ħila bażi għal diversi affarijiet, fosthom biex persuna tkun tista’ tipprogramma programmi tal-kompjuters.
Nirringrazzjaw minn qalbna lill-għalliema kollha tal-iskola tagħna – minn dawk tal-kinder sa dawk tal-primarja – għall-kooperazzjoni u l-ħidma tagħhom, kif ukoll lis-Sur Kevin Grima (HoD Digital Literacy & Tranversal Skills) għas-sapport kontinwu u eċċellenti tiegħu.
R. Peresso
