Fl-aħħar ġurnata tal-iskola, qabel il-vaganzi tal-Milied, għamilna purċissjoni bil-Bambin ġewwa l-iskola. Il-Bambin ġie merfugħ minn erbat itfal tas-sitt sena, waqt li l-kant ġie animat mill-kor tal-iskola tagħna. Wara l-purċissjoni, inġbarna fis-sala għall-programm qasir. Matulu smajna l-prietka tal-Milied, magħmula tant tajjeb mill-aħwa bniet Kendra (5.2) u Maya Galea (4.3), tellajna xi prersepji u statwi sagri, ġentilment mogħtija mill-Mużew tas-Subien u tajna l-ikel miġbur mill-klassijiet tal-primarja għall-familji fil-bżonn lill-Arċipriet, Dun Josef.
Mr R Peresso



