Nixtiequ ninfurmaw lill-ġenituri kollha li nhar il-Ħamis l-iskola tispiċċa fis-2.15 għat-tfal tal-kinder u fis-2.30 għat-tfal tal-primarja. Minkejja li aħna nħeġġukom tħallu lit-tfal l-iskola sal-aħħar, għal dawk li minħabba xi raġuni jkollhom bżonn jieħdu lit-tfal qabel, huwa importanti li dan isir wara l-kunċert tal-Milied. Huwa importanti wkoll li t-tfal jinġabru minn ħdejn l-uffiċċju tas-segretarja u l-ġenituri jiffirmaw fuq il-ktieb apposta għal min joħroġ mill-iskola qabel il-ħin normali.
Nitolbukom biex ma jkunx hemm ġenituri fil-kuruturi la waqt il-kunċert u lanqas wara li jispiċċa l-kunċert.
Nixtiequ nfakkrukom li huwa importanti li ġġibu l-biljett li qassamna (2 biljetti lil kull familja, wieħed għal missier u ieħor għall-omm) biex tidħlu fis-sala għall-kunċert tal-Milied.
Grazzi
N Saliba