Nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru ġiet organizzata għal darb’oħra fl-iskola tagħna, 1hr SciMaths Challenge. Tul din l-attivita’ l-istudenti kollha kemm tal-Kindergarten u kemm dawk tal-Primarja, ħadu sehem fi sfidi marbutin mal-Matematika u max-Xjenza u t-Teknoloġija. L-għalliema u l-kindergarten educators ippreparaw attivitajiet varji fejn it-tfal kellhom jaħdmu fi gruppi sabiex isolvu b’mod prattiku sfidi li ġew ippreżentati. L-attivitajiet kienu jvarjaw minn logħob bin-numri sa esperimenti xjentifiċi u proġetti teknoloġiċi. Kif jidher mir-ritratti t’hawn taħt, l-istudenti kienu ħerqana biex jieħdu sehem, għamlu ħilithom biex irnexxilhom joħorġu b’soluzzjonijiet u ħadu gost jitgħallmu. Prosit kbira lil kull min għen biex din l-attivita’ tkun suċċess.
A. Caruana
Assistant Head