Nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru u nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru saru laqgħat għall-ġenituri tal- kinder 1. Waqt il-laqgħa, l-għalliema tal-litteriżmu tkellmu dwar x’jistgħu jagħmlu l-ġenituri biex jippreparaw ‘l uliedhom għall-qari u l-kitba. L-għalliema tkellmu fuq kemm hu importanti li l-ġenituri jaqraw stejjer lit-tfal, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Saħqu fuq kemm hu importanti li jitkellmu ma’ uliedhom kuljum u jinvolvuhom fix-xogħol tad-dar. Kemm hu importanti li nħallu t-tfal jagħmlu l-affarijiet huma u mhux isibu kollox lest. Ingħataw ideat ta’ logħob li jistgħu jagħmlu d-dar mat-tfal. Għal dan il-logħob jintużaw oġġetti ta’ kuljum li ssib fid-dar fosthom labar tal-inxir, tappijiet tal-fliexken tal-ilma, lazzijiet, sponoż, pinzetti, pom poms, passatur u play dough.
Wara il-laqgħa, it-tfal flimkien mal-ġenituri, kellhom workshop fejn it-tfal setgħu jilagħbu u jipprattikaw dak li ntqal waqt il-laqgħa. Kien hemm għaxar imwejjed b’attivitajiet differenti u t-tfal kollha kellhom opportunita’ li jilagħbu l-logħob kollu.
Ritianne Giordmaina
Literacy Support Teacher
St. Ignatius College