Nhar il-Ġimgħa, 4 t’Ottubru kienet il-festa ta’ San Franġisk u peress li dan il-qaddis kellu għal qalbu l-annimali, fl-iskola ċċelebrajna Animal Awareness Day fejn it-tfal ġabu l-pets magħhom l-iskola u tbierku mill-Arċipriet Fr. Josef Mifsud. Permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni ngħallmu lit-tfal iħobbu l-annimali kollha u jifhmu l-importanza tal-annimali fil-ħajja tagħna u li dawn ukoll għandhom id-drittijiet tagħhom!
N Saliba