· Sena Skolastika 2019/2020
Il-Ministeru qiegħed jinforma lill-iskejjel u lill-ġenituri li għas-sena skolastika li jmiss 2019-2020 ser tinżamm l-uniformi preżenti, waqt li l-ġenituri ser ikunu jistgħu jibagħtu lil uliedhom bit-tracksuit, inkluż poloshirt, t-shirt, shorts, beritta u ġakketta għax-xitwa tal-uniformi attwali.
· Sena Skolastika 2020/2021
It-tracksuit il-ġdida, inkluż poloshirt, t-shirt, shorts, beritta u ġakketta għax-xitwa ser tkun qed tidħol fil-Kindergarten 1, Year 1, Year 7 u Year 9 mis-sena skolastika 2020-2021.
· Sena Skolastika 2021/2022
Kull student jattendi l-iskola bit-tracksuit il-ġdida , inkluż poloshirt, t-shirt, shorts, beritta u ġakketta għax-xitwa. Eċċeżżjoni tista’ tiġi kkunsidrata għall-studenti ta’ year 11.