Proġett ta’ Etwinning – The Little Music STEAMers.
F’dan il-proġett, il-klassi tagħna ħadet sehem ma’ żewġ skejjel mill-Greċja, skola mir-Rumanija, l-Italja u t-Turkija. F’dan il-proġett, it-tfal ħadmu fuq STEAM (Science, Technology, Engineering, Arts and Mathematics).
It-tfal f’kull skola introduċew lilhom infushom permezz ta’ tpinġijiet u ritratti. Wara, t-tfal kellhom l-opportunita’ jaqsmu tradizzjonijiet Maltin fosthom żifnu l-Maltija u kantaw xi innijiet bil-Malti. Raw wkoll żfin u tradizzjonijiet tal-pajjiżi l-oħra.
Bħala proġetti, it-tfal kellhom joħolqu strumenti mużikali flimkien u joħolqu mużika flimkien (Agħfas fuq il-links t’hawn isfel biex tara vidjows qosra ta’ dan.). Permezz tal-etwinning, it-tfal qasmu l-attivitajiet tagħhom ma’ tfal f’pajjiżi oħra u kellhom ċans jaraw ix-xogħol ta’ tfal oħra. Saru wkoll esperimenti li jinvolvu l-mużika u t-teknoloġija. Fl-aħħar, inħolqot diska waħda li fiha kull klassi minn kull pajjiż li ħadet sehem, irrikordjat il-lirika bil-lingwa tagħha. B’hekk t-tfal semgħu diska waħda b’ ħafna lingwi differenti.
Permezz ta’ dan il-proġett, t-tfal żviluppaw il-ħiliet tagħhom fix- xjenza, it-teknoloġija u l-mużika. Kellhom ċans jiskopru u jagħrfu tradizzjonijiet differenti minn pajjiżi differenti u ħadmu flimkien għal għan wieħed.
Ms Francesca