ProġettINK – Aġenzija Sapport

X’inhu l-proġett INK?
Il-proġett INK, msemmi fil-qasir għal inklużjoni, huwa immirat sabiex jassisti persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Dan il-proġett, li għandu perjodu ta’ tliet snin, immexxi mill-Aġenzija Sapport, u hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ewropew.
Il-proġett li hu wieħed ħolistiku, ser iservi sabiex ikunu mħarrġa mhux biss persuni b’diżabilità, iżda anke l-ġenituri tagħhom, min iħaddem, u anke professjonisti fl-istess qasam.
Kif inhu mqassam it-taħriġ tal-ġenituri jew kuraturi?
It-taħriġ tal-ġenituri huwa mmirat għal ġenituri ta’ persuni b’diżabilità jew kuraturi ta’ persuni b’diżabilità.
Nixtieq ngħid li huwa miftuħ mhux biss għal dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom huma parteċipanti filproġett INK. Jistgħu jattendu ġenituri jew kuraturi ta’ persuni b’diżabilità li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar is-servizz li noffru bħala proġett u dwar kif jistgħu jassistu aħjar lill-persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ huma aktar diskussjonijiet fejn ikollhom ukoll l-opportunità jindirizzaw id-diffikultajiet u l-isfidi tagħhom.
Dan it-taħriġ hu biss ta’ sitt sigħat, mqassam fuq żewġ sessjonijiet ta’ tliet sigħat. Jiġifieri ma jirrikjedux impenn kbir però huma utli ħafna għaliex fihom nindirizzaw l-affarijiet l-iktar essenzjali u importanti li wieħed għandu jkun jaf.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *