It-trabi jitwieldu disposti li jiżviluppaw il-ħiliet tal-lingwa u l-komunikazzjoni. It-tarbija tibda tisma’ l-ħsejjes u d-diskors mill-ġuf tal-omm qabel ma titwieled. Dan l-iżvilupp fis-smigħ jikkumplimenta l-iżvilupp fil-litteriżmu, li jsir aktar ’il quddiem fil-ħajja tal-bniedem. Għaldaqstant huwa importanti ħafna li l-ġenituri u dawk kollha li jrabbu t-tfal ikunu konxji kif għandhom ikellmu lit-tarbija tagħhom u kif għandhom jaqrawlhom kotba addattati għalihom.
Biex jinfirex l-għarfien tal-benefiċċji tad-djalogu bis-sens mat-trabi u l-irrakkontar tal-istejjer u l-qari għall-gost, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se torganizza taħdita repetuta għall-familji li qegħdin jistennew tarbija dwar kif għandhom jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw il-ħiliet komunikattivi minn qabel ma jitwieldu.
Min ikun jixtieq iktar informazzjoni jew jirriserva post, għandu jċempel 2598 2999 jew jibgħat ittra elettronika lil aqra.storja@ilearn.edu.mt.
It-taħdita se ssir fis-sezzjoni tal-Parentcraft, fl-Isptar Mater Dei f’dawn il-ġranet u ħinijiet:


