Bħal kull sena, qed nitolbukom biex twieġbu ftit mistoqsijiet relatati mal-iskola tagħna. Hu mistenni li ma tiħdux aktar minn 5 minuti biex tweġbuhom kollha. Dan nagħmluh biex nidentifikaw fejn, fl–opinjoni tagħkom, l-iskola sejra tajjeb u fejn nistgħu naħdmu biex nitjiebu aktar. Għaldaqstant l-għajnuna tagħkom f’dan ir-rigward hija imprezzabbli.
Il-kwestjonarju huwa anonimu u ser jibqa’ miftuħ sal-Ġimgħa 12 ta’ April.
Biex twieġbu l-kwestjonarju, jekk jogħġobkom, idħlu fil-link t’hawn taħt.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem.
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola
https://www.surveymonkey.com/r/GPD8BMH