Nhar id-29 ta’ Novembru 2018, l-istudenti kollha li qegħdin fil-klassijiet tal-primarja, ġewwa l-iskola tas-Siġġiewi, ħadu sehem fil-1 hr Maths Challenge. F’din l-attività l-istudenti ġew preżentati b’numru ta’ sfidi matematiċi, addattati għall-età tagħhom. F’dan l-eżerċizzju t-tfal ħadmu fi gruppi u komplew isaħħu u jipprattikaw il-ħiliet matematiċi miksuba s’issa. Kienet attività fejn it-tfal ħadu pjaċir u fl-istess ħin komplew isaħħu l-kunċetti matematiċi mgħallma fil-klassi.
S. Abela