Żjara mis-Sur Preca

Nhar it-Tlieta 11 ta’ Diċembru, l-istudenti tal-iskola Primarja Siġġiewi kellhom żjara mis-Sur Preca. Għal din l-okkażjoni speċjali, it-tfal tal-kinder 1 żifnu u kantaw mad-diska This Little Light of Mine, filwaqt li t-tfal tas-sitt sena (Yr 6.2) ippreparaw play qasira dwar l-importanza li naħsbu f’ħaddieħor u nagħtu milli għandna. L-ispettaklu għalaq b’kanzunetta tal-Milied li kantaha Kurt Calleja. Is-Sur Preca kellem lit-tfal kollha u spjega l-importanza tal-Piggy Bank Campaign fl-iskejjel. Dawn il-flus imorru għall-Community Chest Fund fejn b’dawn il-flus miġbura, jiġu mgħejuna ħafna nies li jkollhom bżonn ħafna għajnuna speċjalment minħabba l-mard. Is-Sur Preca ppreżenta ktieb lit-tfal li tpoġġa fil-librerija tal-iskola. Min-naħa l-oħra s-Sur Preca ġie mogħti kaxxa li tirrappreżenta l-iskola. F’din il-kaxxa tpoġġew tliet friefet li jirrappreżentaw l-istudenti, l-istaff u l-ġenituri. Il-messaġġ hu li s-suċċess tal-iskola huwa possibbli biss permezz ta’ ħidma kontinwa bejn l-istudenti, l-istaff u l-ġenituri kollha.

Ms Natalie Saliba

This slideshow requires JavaScript.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *