Aqra u Rrifletti

Inżommu l-Għeruq Aktar b’Saħħithom

Darba minnhom kien hemm żewġ ġirien jgħixu bieb ma’ bieb. Xi ħadd minnhom kien għalliem irtirat, u l-ieħor aġent tal-assigurazzjoni. L-aġent kien interessat ħafna fit-teknoloġija. It-tnejn li huma kienu żraw diversi pjanti fil-ġnien tad-dar tagħhom.

L-għalliem kien qiegħed iqatta’ ftit tal-ħin fil-ġnien tiegħu kuljum, u jsaqqi ammont żgħir ta’ ilma lill-pjanti tiegħu b’mod regolari. Min-naħa l-oħra, il-ġar li kienet tinteressah ħafna t-teknoloġija kien jagħtihom ħafna ilma u kien iqatta’ ħafna ħin jieħu ħsieb il-pjanti tiegħu… il-ħin kollu jsaqqihom u jiċċekjahom.

Il-pjanti tal-għalliem kienu sempliċi imma jidhru sbieħ. Dawk tal-aġent tal-assigurazzjoni kienu aktar ħodor u mimlijin. Darba bil-lejl, niżlet ħafna xita u kien ir-riħ minħabba maltempata. Filgħodu ż-żewġ ġirien ħarġu jiċċekkjaw il-ġnien tagħhom u jaraw jekk kinitx saritilhom ħsara fil-pjanti. Il-ġar tal-assigurazzjoni ra li l-pjanti tiegħu kienu kollha nqalgħu minn mal-għeruq u kienu kompletament meqruda. Min-naħa l-oħra, dawk tal-għalliem ma kellhomx ħsara u kienu għadhom sbieħ.

L-aġent tal-assigurazzjoni baqa’ skantat meta ra dan. Mar fuq l-għalliem u staqsieh: “It-tnejn li aħna kabbarna l-istess pjanti flimkien. Jiena ħadt ħsieb tiegħi aktar u aħjar minnek, u tajthom aktar ilma. Minkejja dan, il-pjanti tiegħi nqalgħu minn mal-għeruq u tiegħek le. Dan kif inhu possibbli?”

L-għalliem tbissem u qal: “Inti tajt lill-pjanti tiegħek aktar attenzjoni u ilma milli kellhom bżonn. Minħabba f’hekk, il-pjanti tiegħek ma kellhomx għalfejn jagħmlu sforz biex jikbru u jisbieħu. Inti għamilthielhom faċli biex jikbru u jisbieħu. Min-naħa l-oħra, jiena tajthom ilma kemm kellhom bżonn biex jgħixu u ħallejt l-għeruq ifittxu aktar ilma. Minħabba f’hekk, l-għeruq niżlu aktar fil-fond u l-pożizzjoni tagħhom kienet aktar b’saħħitha. Għalhekk il-pjanti tiegħi baqgħu ħajjin”.

Tagħlima tal-istorja: Il-pjanti ta’ din l-istorja jissimbolizzaw lit-tfal tagħna, waqt li l-ġirien jissimbolizzaw lill-ġenituri jew gwardjani. Jekk aħna nagħtuhom kollox, isibuha diffiċli biex jifhmu li biex ikollok xi ħaġa trid taħdem għaliha. Ma jitgħallmux li jridu jagħmlu ħilithom u tkun aktar diffiċli japprezzaw dak li jingħatalhom. Xi kultant huwa aħjar li tigwidhom milli tagħtihom kollox lest.

Tislijiet,

L-Għalliema tal-PSCD

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *