Festa San Nikola

Bħal kull sena, fis-6 ta’ Diċembru ġiet organizzata l-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Nikola u quddiesa fil-paroċċa. Fil-purċissjoni  ħadu sehem studenti li libsu ta’ personaġġi mill-istorja ta’ San Nikola, oħrajn li refgħu l-istatwa, filwaqt li studenti oħra kienu libsin ta’ abbatini u Scouts. Din is-sena kellna l-unur li ngħaqdet magħna għall-quddiesa l-Eċċellenza Tagħha Dr Marie Louise Coleiro Preca u flimkien segwejna reċta qasira miktuba minn Dun Nikola Aquilina u mtella’ mill-istudenti tal-ħames sena. Kienet festa mill-isbaħ u ta’ dan nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehmu biex din il-festa reġgħet kienet waħda ta’ suċċess.

Ms Natalie Saliba

Kap tal-Iskola

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *