Matul is-sena l-oħra, diversi klassijiet ħadu sehem f’kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali permezz ta’ proġetti marbuta mal-użu tal-IT fil-klassi. Waqt ċerimonja imtellgħa mid-Direttorat, l-għalliema Sa Francesca Azzopardi, Sa Catherine Bezzina, Sa Melanie Bonello, Sa Marlene Vella u Sa Yoshabel Galea ingħataw rikonoxximent għal dak kollu li għamlu, waqt li Sa Marcelle Degiorgio u Sa Sharon Richard ikklassifikaw fit-tieni post fl-E-twinning Best European Project in Primary, bil-proġett tagħhom, An Electric Story.
